Qormi Daikin u GREE Żurrieq Wolves Hotsticks se jikkontestaw il-finali taċ-Challenge Cup wara li rebħu l- partiti rispettivi.
Qormi kisbu rebħa ta’ 4-2 fil-konfront dirett kontra Trust Payments Floriana Young Stars fejn kien Daniel Ellul li poġġa lil Qormi fil-vantaġġ sabiex Karl Chircop ġab l-iskor indaqs minn penalty stroke.
Fit-tieni quarter, Neil Spiteri Montebello poġġa lil Qormi fil-vantaġġ filwaqt li Kyle Micallef għamel l-iskor 3-1.
Karl Chircop żamm lil Floriana fil-logħba 3-2 minn penalty stroke sakemm Shawn Dimech għalaq il-partita bir-rebħa ta’ 4 -2 għall-Qormi.
GREE Żurrieq Wolves Hotsticks baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil White Hart 8-2.
Il-gowls ta’ Żurrieq skorjati tlieta minn Alessandro Amore żewġ gowls minn Keith Scicluna filwaqt li Jayden Cutajar, Lukas Plaehn u Rick Micallef skorjaw gowl kull wieħed.
White Hart skorjaw iż-żewġ gowls tagħhom permezz ta’ David Agius u Carl Tua.
//= $special ?>