Il-Kap tas-Serbi tal-Bosnija, Milorad Dodik, beda għaddej ġuri fost akkużi li rrifjuta li jirrikonoxxi d-digrieti ta’ Christian Schmidt; ir-Rappreżentant Internazzjonali li jissorvelja l-Paċi fil-Bosnija-Erżegovina.
Dodik, il-President tal-zona tas-Serbi fil-Bosnija u li ma jaċċettax l-awtorità ta’ Schmidt, kemm-il darba hedded biex jiddikjara r-Repubblika jew zona ta’ Srpska, iddominata mis-Serbi, bħala ‘separata mill-kumplament tal-Bosnja’.
Kienu mietu ‘il fuq minn 100,000 waqt il-gwerra ċivili tal-Bosnija li damet mill-1992 sal-1995 u li ntemmet bl-iffirmar tal-Ftehim ta’ Dayton. Taħt dan il-ftehim, Christian Schmidt jista’ jikkanċella l-liġijiet fil-Bosnija u anki jkeċċi lill-uffiċjali li qegħdin jheddu l-paċi fil-pajjiż u fir-reġjun tal-Balkani.
//= $special ?>