Imħallef laqa’ talba ta’ kuntrattur u bennej biex ma jingħatax ir-‘release’ tas-sit ta’ kostruzzjoni għall-iżvilupp tal-inċident fatali li ħalla mejta lil Miriam Pace, u dan sakemm jiġi konkluż il-proċess pendenti tagħhom.
Il-Kuntrattur Ludwig Dimech, li aktar tard ingħaqad miegħu l-bennej Nicholas Spiteri, kien għamel it-talba b’rabta mas-sit ta’ Sta Venera li kien qed jiġi skavat meta waqgħet dar ta’ ħdejn u qatlet omm ta’ żewġt itfal Miriam Pace, f’inċident li kien seħħ f’Marzu 2020.
Dimech u Spiteri argumentaw b’suċċess quddiem l-Imħallef Toni Abela li r-rilaxx tas-sit għall-iżvilupp jippreġudika b’mod irrimedjabbli d-difiża tagħhom. It-tnejn qed jistennew li jgħaddu ġuri talli allegatament ikkawżaw il-mewt ta’ Miriam Pace.
Iż-żewġ periti, Roderick Camilleri u Anthony Mangion, kienu nstabu ħatja ta’ omiċidju involontarju b’rabta mal-każ, u ingħataw sentenza sospiża u ordnati jagħmlu bejniethom 880 siegħa xogħol fil-komunità. Filwaqt li Camilleri u Mangion għażlu li l-każ tagħhom jiġi deċiż minn Qorti tal-Maġistrati, Dimech u Spiteri għażlu li jiġu ġġudikati mill-Qorti Kriminali fi proċess bil-ġurija.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, li għandha tippresjedi l-ġuri, kienet laqgħet talba ta’ MCZMC Developers Ltd biex is-sit fi Triq Abela Scolaro jingħata lura lilhom, u b’hekk twittiet it-triq biex isiru xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.
Espert tal-qorti nħatar biex jippreserva filmati tal-post wara li tnaddaf mill-ħaxix miġbur żżejjed li akkumula matul l-aħħar tliet snin. Dimech u Spiteri talbu l-intervent urġenti tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali tagħha, u talbuha tissospendi l-proċeduri kriminali kif ukoll id-digriet tal-Imħallef li is-sit tal-Ħamrun jiġi ‘released’.
Huma talbu quddiem l-Imħallef Abela li waqt proċess bil-ġurija, l-ispezzjoni fuq il-post ta’ xena tad-delitt kienet tikkostitwixxi “eżerċizzju vitali”, li ppermetta lill-ġurati jifhmu aħjar id-dinamika tal-każ permezz tal-analiżi viżwali personali tagħhom.
F’dan il-każ, ladarba s-sit ikun ġie rilaxxat lill-iżviluppaturi, il-ġurati jkunu preklużi milli jagħmlu spezzjoni fuq il-post, li tirriżulta f'”inġustizzja evitabbli” għall-akkużat. Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Abela qal li l-Qorti qed twaqqaf ir-rilaxx tas-sit immedjatament maġenb ir-residenza Pace, kif ukoll ix-‘showroom’ tal-karozzi fejn kienu qed isiru x-xogħlijiet ta’ tħaffir, għalkemm art oħra aktar ‘il bogħod fl-istess sit tista’ tingħata lura. lill-iżviluppaturi.
L-Imħallef irrifjuta wkoll talba mill-werrieta ta’ Miriam Pace u propjetajiet fl-inħawi għal ritorn tal-propjetajiet tagħhom sakemm isir il-ġuri bil-ġurija. L-avukati Michael Sciriha, Roberto Montalto u Roberto Spiteri qed jassistu lil Dimech. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jirrappreżentaw lil Spiteri.
//= $special ?>