Illum, f’atmosfera mill-isbaħ ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Nikola fis-Siġġiewi, fejn preżenti kien hemm numru kbir ta’ tfal.
Fil-jum liturġiku ta’ San Nikola hija tradizzjonali fis-Siġġiewi, li ssir il-festa tat-tfal, li tinkludi purċisjoni bi statwa żgħira ta’ San Nikola li jerfgħu t-tfal stess, mill-iskola Primarja ta’ San Inażju sal -Knisja Parokjali.
Fil-Purċisjoni spikkaw l-ilbies ta’ tfal li jissimbolizzaw lil San Nikola u numru ta’ karratri mill-Bibbja.
L-Arċipriet Fr Joseph Mifsud spjegalna li din hija attivita li l-istudenti jkunu illhom ħafna jistennew, waqt li l-ġenituri tagħhom jattendu bi ħġarhom biex jaraw lil dawn it-tfal ċkejknin jipparteċcipaw f’din il-festa. Festa li fiha jidru evidenti ħafna emozzjonijiet kemm mit-tfal li jkunu eċċitati ferm li qed jieħdu sehem f’din il-festa kif ukoll il-qraba speċjalment in-nanniet.
Intant L-Arċipriet kompla jispjegalna li San Nikola għandu rabta mal-festa tal-Milied, hekk kif f’numru ta’ pajjiżi internazzjonali San Niklaw huwa l-patrun tal-Milied.
L-istudenti kollha tal-iskola San Injazju li huma membri f’xi grupp tal-iscouts, kienu mitluba biex jiġu bl-uniformi tagħhom tal-iscouts anka jekk huma membri fi grupp tal-iscouts ta’ lokalità oħra.
Fil-purċissjoni ħadu sehem ukoll iż-żewġ baned tal-lokalità li huma is-Siġġiewi Festival Brass Band u l-Każin Banda San Nikola li kienu propju l-attrazzjoni li laqtet l-iktar lit-tfal ta’ l-iskejjel oħra li attendew din l-attivita.
//= $special ?>