Lokali Parlament

Jeħtieġ iktar għarfien dwar il-fastidju sesswali u azzjonijiet effettivi


Ivan Castillo, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li jeħtieġ iktar għarfien dwar il-fastidju sesswali fuq l-post tax-xogħol u li jittieħdu azzjonijiet effettivi.


Ivan Castillo tkellem dwar l-effetti tal-fastidju sesswali fuq il-postijiet tax-xogol u spjega kif fost dawn ikun sitwazzjonijiet fejn il-vittmi jkollhom jitilqu mix-xogħol u jaċċettaw anki xogħlijiet b’pagi inqas. Hu qal li l-PN ippreżenta proposta għal policy kontra l-fastidju sesswali fuq il-postijiet tax-xogħol li jeħtieġ tkun implimentata.


Jeħtieġ li jkun hemm iktar konoxxenza fis-soċjetà dwar l-effetti tal-fastidju sesswali, qal id-deputat Nazzjonalista, li spjega kif il-fastidju sesswali jeffettwa wkoll il-produttività fuq il-ħaddiema. Min iħaddem għandu dmir li jassigura li ma jkunx hemm każi ta’ fastidju sesswali. Il-mozzjoni li ppreżentat l-Oppożizzjoni tissalvagwardja kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem.


Id-deputat Nazzjonalista qal li ħadd m’għandu jmur ix-xogħol imdejjaq jew imbeżża’ minħabb fstidjus esswali u sostna li f’sentejn kien hemm biss 15-il każ ta’ fastidju sesswali rapportati meta kien hemm numru ferm ikbar ta’ każi li seħħu.


Hu appella biex l-istrateġiji kontra l-abbużi vjolenti u abbużi fuq persuni li jkollhom problemi ta’ saħħa mentali jiddaħħlu fis-seħħ