Internazzjonali Temp

L-2023 hi l-aktar sena sħuna fl-istorja

Waqt il-laqgħat tal-COP 28 f’Dubai kien konfermaw illi s-sena 2023 se tkun l-iktar sena sħuna fl-istorja.

Din is-sena kellna temp estrem u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima, filwaqt li l-livelli tal-emissjonijiet ta’ CO2 komplew żiedu. Apparti minn hekk, ix-xahar ta’ Novembru kellu jumejn li kienu 2 gradi celcius aktar sħan mill-livelli pre-industrijali.

Dawn il-fatturi kollha juru li d-dinja qiegħda tersaq fil-viċin li tisħon b’żieda ta’ 1.25 gradi celcius.

Dwar dan kollu tkellemu Carlo Buontempo, il-Kap tal-Uffiċċju Copernicus illi janallizza data li tkun qed tinġabar minn diversi satelliti u li hija iffukata fuq il-bidla fil-klima u t-temperaturi tad-dinja.

Buontempo stqarr li jekk il-livelli tal-emmisjonijiet tal-gass CO2 jibqgħu jogħlew, sfortunatament is-sitwazzjoni tista’ tibqa’ tiggrava. Dan ifisser li maż-żieda tat-temperatura se nesperjenzaw mewġiet kbar ta’ sħana.

Is-servizz Copernicus stqarr illi t-temperaturi globali ġew stimulati aktar mill-fenomenu msejjaħ ‘El Nino’.