L-awtoritajiet Taljani baqgħu sorpriżi bil-parteċipazzjoni ta’ mijiet ta’ tobba u infermiera waqt dimostrazzjoni ta’ protesta f’Ruma…Dimostrazzjoni fejn spikkaw protesti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u bil-folol jesprimu oppożizzjoni għall-aħħar miżuri tal-Gvern li qed iħallu impatt għas-settur tas-saħħa pubblika
Kelliema għall-organizzaturi tal-protesta qalu li ħadu sehem xejn anqas minn 80 fil-mija tal-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa minn kull reġjun tal-pajjiż.
Id-dimostranti, intant, iridu investiment akbar mill-Gvern fir-riżorsi li jsaħħu l-kuntratti tax-xogħol u biex ma jsirux il-qtugħ fil-pensjonijiet. It-tobba u l-infermiera jridu anki l-introduzzjoni ta’ inizjattivi li jirrendu l-professjoni tagħhom aktar attraenti għaż-żgħażagħ.
U għalkemm is-sistema għall-kura tas-saħħa fl-Italja hi fost l-akbar assi ta’ dan il-pajjiż, ħafna fost it-tobba Taljani huma mħassbin sew dwar il-futur ta’ dan is-settur.
//= $special ?>