Il-Kap tal-Istaff tal-Presidenza Ukrena wissa dwar ‘is-sogru kbir’ li l-Ukrajna titlef il-gwerra mar-Russja ta’ Vladimir Putin lf’każ li ma tkomplix taslilha l-għajnuna min-naħa tal-Istati Uniti.
Andriy Yermak, waqt żjara attwali f’Washington, enfasizza li mingħajr din l-għajnuna, l-Ukreni se jsibuha diffiċli biex jibqgħu jiddefendu arthom kontra l-qilla tal-Kremlin u li jfisser anki futur mill-agħar għall-poplu Ukren u l-Ewropa.
Fl-aħħar sigħat ukoll, il-President Ukren Volodymyr Zelensky ħassar laqgħa ta’ aġġornament li kellu jsir b’videolink mad-deputati Amerikani, fost id-diżgwid dwar ‘il-futur’ tal-fondi għall-Ukrajna.
L-aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna kellhom isiru bil-parteċipazzjoni tal-membri tas-Senat Amerikan u tal-Kamra tar-Rappreżentanti (f’Washington) iżda dawn tħassru fl-aħħar minuta.
Il-laqgħa kellha tkun waħda klassifikata bażata fuq diskussjonjiet dwar il-pakkett tal-għajnuna lill-Ukrajna u li issa baqgħu f’limbu. Dan ukoll fost it-twissijiet dwar ‘il-konsegwenzi inevitabbli’ f’każ li l-Kungress Amerikan ma jipprovdix aktar għajnuna militari lill-Ukrajna biex tirreżisti lir-Russja.
//= $special ?>