Internazzjonali

LONDRA: Mara titlef ħajjitha u tnejn oħra jsofru minn ġrieħi wara sparaturi

Mara ta’ 42 sena tilfet ħajjitha u tnejn oħra qed isofru minn ġrieħi wara sparaturi li seħħew f’Hackney, fil-Lvant ta’ Londra, il-bieraħ għall-ħabta tas-6:30 pm, ħin lokali.

Il-Pulizija marru fil-post fejn sabu tliet persuni bi ġrieħi serji kaġun ta’ arma tan-nar. Il-mara mietet fil-post.

Iż-żewġ persuni l-oħra, żagħżugħ ta’ 20 sena u tifel ta’ 16-il sena ttieħdu fi sptar għall-kura meħtieġa.

L-aggressur għadu ma nqabadx mill-Pulizija. Bħalissa għaddejja investigazzjoni biex jiġi stabbilit x’seħħ eżatt u x’kienet ir-raġuni wara dan l-attakk.