Internazzjonali

Medda ta’ Gaza: Sejba ta’ armamenti tal-Ħamas qalb il-komunitajiet ċivili

Il-Qawwiet tad-Difiża Iżraeljani sabu waħda mill-akbar ħażniet ta’ armamenti tal-Ħamas fiż-żmien kollu li ilha għaddejja l-gwerra fil-Medda ta’ Gaza.

Il-ħażna, li nstabet f’zona ċivili lejn it-Tramuntana ta’ Gaza, tinkludi mijiet ta’rokits, grenades, launchers tal-missili, drones u diversi tipi ta’ splussivi li kellhom jintużaw kontra l-Iżraeljani matul il-jiem li jmiss.

Kelliema għall-Armata Iżraeljana qalu li l-armamenti nstabu viċin ta’ skola u klinika u li l-militar kien qed jistenna li jsib aktar infrastruttura tat-terroristi qalb il-bini ċivili kif ukoll fid-djar tal-familji Palestinjani.

Il-Gvern u l-Armata ta’ Iżrael ħarġu stqarrija  fejn qalu li dawn is-sejbiet żiedu l-provi li t-terroristi tal-Ħamas qegħdin jużaw liċ-ċivili ta’ Gaza bħala ‘tarka u koperta’ għall-azzjonijiet qattiela li huma magħrufin għalihom.