Lokali

Naqsu bʼ5.9 fil-mija l-persuni li qegħdin jużaw is-servizzi għall-vittmi tal-vjolenza domestika

Skont l-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), fl-2022 kien hemm 3,100 persuna użaw is-servizzi disponibbli għal dawk mġarrbin mill-vjolenza domestika fejn meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, il-persuni li kienu qegħdin jużaw is-servizzi taʼ din ix-xorta naqsu bʼ5.9 fil-mija.

Meta mqabbel mal-2020, l-għadd taʼ persuni li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi taʼ għajnuna rigward il-vjolenza domestika żdied bʼ6.2 fil-mija: minn 2,919 għal 3,100. Fl-2022, 70.1 fil-mija tal-persuni li kienu qegħdin jużaw servizzi bħal dawn użaw servizz wieħed, 21.1 fil-mija użaw żewġ servizzi u 8.7 fil-mija użaw tlieta jew aktar servizzi sabiex ifitxu l-għajnuna.

L-ogħla każi ta’ vjolenza domestika li ġew reġistrati kienu mill-Aġenzija Appoġġ b’ 2,093 vittma filwaqt li 2,046 vittma avviċinaw lill-Korp tal-Puluzija għal għajnuna. L-ammont ta’ każi reġistrati fuq vjolenza domestika kienu lejn in-naħa tal-port tan-Nofsinhar fejn il-vittmi kienu kollha nisa.