Waqt is-smigħ tal-provi fil-kumpilazzjoni ta’ Carl Sant ta’ 31 sena mill-Mosta mixli li spara u qatel fjammingu, tajra protetta l-prosekuzzjoni infurmat lill-Qorti li kienet se żżid l-akkużi fil-konfront tal-kaċċatur.
Sant kien ingħata l-pleġġ mal-ġurnata li tressaq il-Qorti hekk kif numru ta’ persuni taw ix-xhieda tagħhom quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, liema xhieda kien qed jikkampjaw fl-akkwati ta’ Qalet Marku, limiti tan-Naxxar fejn seħħ il-qtil tat-tajra.
L-Ispettur Elliot Magro informa lill-Qorti li issa Sant qed ikun akkużat bi 11-il akkuża li jinkludu kaċċa għal din l-ispeċi ta’ tajra li tagħmel parti mill-familja ta’ Phoenicopterus Roseus. Qed jiġi mixli wkoll li żamm kapjuni ta’ għasafar kemm ħajjin u mejtin, kiser id-dispożizzjoni billi ża kampjuni ta’ għasafar ħajjin u mejtin skont il-liġijiet internazzjonali u li żamm il-fjammingu.
Sant qed jiġi akkużat ukoll li fis-16 ta’ Novembru li għadda u qabel żamm għasfur li ġie akkwistat kontra il-liġi, liema għasfur li mhux tat-Territorju Ewropew. Qed jiġi mixli wkoll li bagħbas appartat ta’ identifikazzjoni magġmul mit-Taqsima tar-Regolanentazzjoni għall-għasafar selvaġġi, li kien fil-pusses ta’ kampjun u li tpoġġa apparat ta’ identifkkazzjoni u li ddispona minn għasfur li mhux tat-territorju Ewropej u li naqas li jirritorna l-apparat li kien fil-pusses tiegħu kif kien obbligat li jagħmel.
Raw il-qtil iseħħ imma ma rawx lill-kaċatur jispara
Ix-xhieda li kienu kemm Maltin kif ukoll barranin qalu li kienu qed jikkampjaw fuq il-post u raw il-qtil tat-tajra jseħħ għall-ħabta tad-9am. Fil-Qorti x-xhieda ppreżentaw filmati u ritratti li huma ġibdu b’rabta ma’ dan il-każ.
Il-filmati fil-Qorti wrew il-fjammingu jtir u f’ħin minnhom tinstema’ sparatura bit-tajra taqa’ fil-baħar. L-Avukati difensuri ta’ Sant – Franco Debono u Alex Miruzzi għamlu numru ta’ domandi lix-xhieda li lkoll qablu li semgħu l-isparatura bit-tajra taqa’ fil-baħar, u anke raw kaċċatur fl-inħawi ta’ ħdejn il-baħar u miexi bis-senter f’idu.
Wieħed mix-xhieda qal li kien qed jagħraf lill-akkużat fl-awla bħala l-persuna li kien miexi b’senter f’idu u li kien liebes skufja. Madankollu meta ppressat mid-difiża jekk rax lil dan il-kaċċautur jispara, huwa wieġeb fin-negattiv.
Mistoqsi mid-difiża dwar id-distanza ta’ fejn kien ix-xhud u fuq dak li segwa, għall-ewwel qal li kien hemm madwar nofs kilometru, iżda wara qal li mhux ċert minn dan u li jista’ jkun inqas minn hekk.
Minn naħa l-oħra xhieda oħra li kienu fuq il-post u li wkoll kien qed jikkampjaw qalu li raw kaċċatur il-bogħod imma ma kienx viżibli minħabba d-distanza. Fil-fatt f’ħafna mill-filmati li nterew fil-Qorti, l-akkużat ma jidhirx iżda l-iffukar kien fuq it-tajra li tniżżlet minn xi ħadd.
L-unika filmat u ritratti li fihom deher kaċċatur kien dak li ppreżenta x-xhud li għaraf lill-akkużat miexi bis-senter. Dan bħal sħabu ikkonferma wkoll li fl-inħawi kien hemm żewġ kaċċaturi oħra bis-snieter u li dawn kienu qed jilgħabu ma’ kelb tar-razza ‘alsation.’
Seta’ kien xi ħadd ieħor li spara?
Mistoqsija mid-difiża jekk jeskludux li t-tiri setgħu kienu sparati minn xi kaċċaur ieħor, wieħed minnhom qa li ma jaħsibx minħabba l-loġistika ta’ fejn seħħet l-isparatura u l-oħrajn iżda għalkemm ma qablux, qalu li ma jistgħu jeskludu xejn.
Sadanittant qam battibekk fil-Qorti dwar xhud minnhom, li barra l-awla deher li kien qed jitkellem ma’ xhud sieħdu li għadu kemm xehed u li dan seta’ tah infiormazzjoni dwar il-mistoqsijiet li sarulu mill-prosekuzzjoni u d-difiża.
L-Avukati Debono u Miruzzi staqsew ukoll lix-xhieda jekk saritx xi “identification parade” biex huma jkunu jistgħu jagħrfu lill-persuna li sparat it-tiri, bix-xhieda kollha jirrispondu fin-negattiv.
Kien l-Avukat Franco Debono li ġibed l-attenzjoni dwar dan lill-Qorti, li minn naħa tagħha meta staqsiet lix-xhud, dwar jekk ix-xhud ta’ qablu kienx kellmu, dan ikkonferma dan il-fatt. Il-prosekuzzjoni qalet li x-xhud għandu jitħalla jixhed u mbgħad tara l-Qorti fuq ix-xhieda tiegħu. Madankollu l-Qorti hawn qablet mad-difiża u x-xhud ma tħalliex jixhed.
L-allegat każ, skont il-prosekuzzjoni x-xhieda mhux biss raw l-isparatura, imma raw persuna jiġbor l-istess flamingu u jitlaq minn fuq il-post bil-karozza tiegħu fl-akkwati ta’ Qalet Marku, limiti tan-Naxxar.
Sant qed iwiegeb mhux hati ghal-akkużi migjuba kontrih. Il-prosekuzzjoni qed targumenta li l-ispeci maqtula hi protetta mhux f’pajjiżna. Id-difiża qed tgħid li fil-filmati mgħotija lil pulzija jidher biss il-fjammingu jtir u l-ebda sparatura seħħ minn naħa tal-akkużat.
L-Avukati Franco Debono u Alex Miruzzi qed jargumentaw li l-filmati mgħotija, l-imputat ma jidhirx jispara lit-tajra, filwaqt qed tkompli tisħaq dwar il-process ta’ identifikazzjoni qabel ma jitressaq persuna fuq reat. Meta tressaq il-Qorti tliet ġimgħat ilu quddiem mill-Magistrat Marsanne Farrugia, hu kienet laqgħet it-talba ghal helsien mill-arrest fuq diversi kundizjonjiet fosthom li Sant jiffirma darbtejn fl-ghassa tal-Mosta.
Il-Qorti kienet staqsiet jekk kienx hemm xi ħadd li lest li jagħmilha ta’ terza garanti, fejn fil-fatt kien hemm membru tal-familja tiegħu li aċċetta. Il-Qorti hawn qalet li f’kaz li Sant jikser l-istess kundizzjonijiet, il-qarib tieghu jkun mitlub jaghmel tajjeb ghalih u jħallas is-somma ta’ 10,000 ewro
//= $special ?>