Kollox jindika li l-Gvern fadallu xhur sakemm tibda tiġi indirizzata l-kriżi fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-enerġija.
F’komunikat mibgħut lill-media, illum l-Enemalta ħabbret li se tieħu mill-inqas sitt xhur biex tpoġġi l-cables il-ġodda. Dan wara l-blackouts rekord li kellna is-sajf illi għadda.
Iċ-Chariman Eżekuttiv tal-Enemalta Ryan Fava spjega kif ingħaqdu ma’ Infrastructure Malta u Transport Malta sabiex isaħħu n-network b’70km ta’ cables ta’ 11-il kilovolt “tul is-sitt xhur li ġejjin.”
Dan il-proġett ta’ sitt xhur jikkonsisti fl-iżvilupp ta’ diversi konnessjonijiet ta’ cables bejn partijiet differenti tal-grid nazzjonali.
L-Enemalta stess qalet illi ż-żieda ta’ 70 kilometru ta’ cables ta’ vultaġġ medju b’dan l-investiment “jammontaw għal erba’ darbiet it-tul ta’ cables li Enemalta żiedet fin-network tagħha f’dawn l-aħħar sentejn” – fi kliem sempliċi, konferma li f’dawn is-sentejn sar ftit li xejn min-naħa tal-Gvern fejn jidħol id-distribuzzjoni tal-enerġija.
Intant, l-Enemalta ser tippublika sejħa għall-offerti għal impjant ta’ 60 megawatt sabiex jkollha kapaċità addizzjonali ta’ riżerva temporanja. Dan l-impjant temporanju ser iżid ir-riżerva tal-Enemalta f’każ ta’ emerġenza, meta sorsi oħra ta’ ġenerazzjoni ma jkunux disponibbli.
//= $special ?>