Lokali

Marie Louise Coleiro Preca tiddeskrivi d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar bħala ‘bużullotti’

Dak li se jseħħ biswit il-Ġgantija f’Għawdex jista’ jiġi deskritt bil-kelma “biżullotti”. U huwa għalhekk li l-Awtorita tal-Ippjanar għandha tibda verament tagħmel xogħlha

Dikjarazzjoni ċara lil saret mill-President Emeritu Marie-Louise Coleito Preca waqt intervista li kellha mal-avukat Trevor Degiorgio fil-programm Spotlight. Intervista li matulha kienet kritika ferm għal dawk li qed iseħħ fl-ambjent ta’ madwarna.

Marie-Louise Coleiro Preca kritikat ċerti deċiżjonijiet li qed jittieħdu mill-Awtorità tal-Ippjanar, fejn saħqet ukoll li din għandha tibda tagħmel xgħolha kif suppost.

Matul l-intervista fuq Net Television, il-President Emeritu saħqet li l-ambjent għandu jkun dritt fundamentali li jiddaħħal fil-Kostituzzjoni Maltija… kif qed jipproponi il-Partit Nazzjonalista.

Bil-President Emeritus tgħid li hemm bżonn li ikun hawn aktar ħarsien tal-ambjent ta’ madwarna. Għaliex anke t-tfal qed jitkellmu ċar u tond – li għandhom bżonn aktar ambjent san u spazji ħodor madwarhom.

Marie-Louise Coleiro Preca qalet bl-iktar mod ċar li għadha ma saritx ġustizzja fil-każ tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet b’karozza bomba aktar minn sitt snin ilu.

Il-President Emeritu tkellmet ukoll dwar is-saħħa mentali hekk kif saħqet li pajjiżna għandu bżonn jagħmel riflessjoni ta’ x’inhuma d-diffikutlajiet li verament qed jaffaċċja l-poplu Malti u Għawdxi.

Intant…dwar il-kunflitt li għaddej bħalissa f’Gaza, hija qalet li din il-gwerra żgur mhux se tieqaf hawn tant li r-riperkussjonijiet tagħha se jibqgħu jinħassu għal ħafna u ħafna snin.