Jeħtieġ pjan ekonomiku ċar li jagħti nifs lill-Maltin u l-Għawdxin – ir-realtà hi li l-familji ma jistgħux ilaħqu aktar maż-żieda qawwija tal-prezzijiet fost l-oħrajn tal-ikel u ħwejjeġ oħrajn –għaldaqstant hemm bżonn li l-Gvern jagħmel xi ħaġa mill-aktar fis.
Huwa dan l-appell tal-Partit Nazzjonalista fid-dawl tal-isfida tal-għoli tal-ħajja; b’diversi proposti fosthom li ma tibqax tiġi intaxxata ż-żieda tal-COLA, li jiġu introdotti setturi ekonomiċi ġodda b’pagi aħjar, u li jinħoloq Fond Nazzjonali sabiex tiġi appoġġjata l-industrija tal-importazzjoni u l-esportazzjoni – għalkemm fl-aħħar mill-aħħar, huwa il-Gvern li verament għandu jgħin liċ-ċittadin fl-isfond ta’ prezzijiet ta’ ikel u affarijiet essenzjali oħrajn li kontinwament qiegħdin jiżdiedu.
Matul il-jum tal-Erbgħa, Net News staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela x’se jkun qiegħed jagħmel sabiex irażżan il-prezzijiet – b’Abela jgħidilna nistaqsuh f’Jannar. Dan ifisser li wara xhur sħaħ ta’ inflazzjoni qawwija u prezzijiet jiżdiedu – minflok il-Gvern qed jagħżel li jieħu azzjoni illum qabel għada…qed jiproġetta li jibqa’ jistenna ġimgħat oħra.
U hekk kif Abela ma kienx ċar dwar x’se jkun qiegħed jagħmel – dejjem jekk verament fil-preżent hemm pjan ta’ azzjoni – l-esperti qalulu li dan il-pass imissu ilu li ħadu.
B’rabta ma’ dan kollu l-Ħamis filgħodu, Net News staqsa lill-Membru tal-Kabinett, Byron Camilleri li minn naħa tiegħu insista li l-Gvern diġà qed jagħmel ħafna biex iraħħas il-prodotti essenzjali.
Ċertament li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin huma konxji li jekk il-Gvern qiegħed jagħmel ħafna biex iraħħas il-prezzijiet żgur li dan mhux biżżejjed – bil-prodotti tal-merċa jiżdidilhom il-prezz ġimgħa wara l-oħra….u bil-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alex Agius Saliba jeħodha kontra l-aġenti lokali…minflok jirsisti mal-Gvern tal-Labour biex isib soluzzjoni.
//= $special ?>