Fil-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew se jkollna messaġġ b’saħħtu għax se jkun ibbażat fuq in-nies.
Dan qalitu l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola meta kienet intervistata mill-Preżentatur Taljan Bruno Vespa fuq ir-Rai 1.
L-MEP tal-Partit Nazzjonalista kienet il-mistiedna ta’ Vespa fl-edizzjoni tal-programm l-Erbgħa fit-8.30 ta’ filgħaxija.
Filwaqt li wieġbet mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni politika fl-Italja, Roberta Metsola tkellmet ukoll dwar iż-żjara tagħha fin-nofsinhar tal-Italja u dwar kif iċ-ċentru politiku jista’ jkompli joffri soluzzjonijiet.
Lejn tmiem il-programm, il-President Metsola rreferiet ukoll ghal Malta.
//= $special ?>