Lokali

AĠĠORNATA: Fil-periklu tal-mewt is-sewwieq ta’ mutur involut f’inċident f’Għajnsielem

Sewwieq ta’ mutur ta’ 48 sena residenti r-Rabat, Għawdex qed jissielet għal ħajtu wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-mutur tal-għamla Yamaha misjuq mir-raġel, intlaqat minn vann Isuzu misjuq minn raġel ta’ 80 sena residenti Għajnsielem stess.

Fil-post ġie imsejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.