Internazzjonali

Id-Danimarka: Liġi li tipprojbixxi l-abbuż tar-reliġjon wara xhur ta’ għadab

Il-Parlament f’Kopenħagen qed jipprojbixxi l-ħruq tal-kopji tal-Koran u forom oħra ta’ abbuż fir-rigward ta’ dokumenti reliġjużi – b’dan id-digriet qed jissemma bħala ‘il-Liġi tal-Koran’.

Kulmin jiddisrispetta lir-reliġjon b’dan il-mod, ‘il quddiem, għandu jiffaċċja multa sinifikanti jew sa sentejn priġunerija; bl-osservaturi qed iqisu din il-liġi bħala ‘xierqa fiċ-ċirkustanzi’.

Id-dikjarazzjoni mill-Assemblea Daniża segwiet sensiela ta’ inċidenti, fid-Danimarka, fejn xi individwi taw in-nar lill-Koran, il-ktieb qaddis għall-Musulmani, waqt dimostrazzjonijiet pubbliċi….Aġir li qanqal għadab kbir fost il-komunitajiet tal-Istati Iżlamiċi u anki madwar l-Ewropa.

Dan ukoll meta fid-Danimarka u l-Iżvezja seħħew diversi protesti fit-toroq kontra ż-żebligħ al-Koran fost tħassib kbir dwar is-sigurtà fir-reġjuni tal-Iskandinavja.

Fl-istess ħin, ħafna deputati tal-Oppożizzjoni argumentaw dwar l-abbozz inkwistjoni waqt id-dibattiti jaħarqu fil-Parlament Daniż magħruf bħala l-Folketing.

Inger Stojberg, li tmexxi lid-Demokratiċi Daniżi, qalet li l-istorja għandha tiġġudika ħażin lill-politiċi tallum ‘peress li s-sitwazzjoni tesiġi biex l-libertà tal-espressjoni tkun determinata minn barra aktar milli mid-Daniżi infushom’.

Mill-banda l-oħra, il-Gvern ta’ koalizzjoni taċ-ċentru-lemin immexxi mill-Prim Ministru Mette Frederiksen insistiet li l-kritika għar-reliġjon għandha tibqa’ legali fid-Danimarka peress li l-abbozz, dejjem skont il-kelliema f’Kopenħagen, għandu jħalli biss ‘impatt marġinali’ fis-soċjetà.