L-attivisti favur id-drittijiet umani qalu li ħadd għadu ma jaf x’sar minn madwar 600 resident tal-Korea ta’ Fuq li kienu ħarbu lejn iċ-Ċina u li, fl-aħħar ġimgħat, intbagħtu lura lejn arthom mill-awtoritajiet Ċiniżi. Il-maġġoranza ta’ dawn huma nisa u meta l-Gvern ta’ Beijing, f’Ottubru, kien ħa ħsieb l-akbar ripatrijazzjoni tan-nies li ħarbu mill-Korea ta’ Fuq għal ħafna snin.
Intant, il-gruppi favur id-drittijiet umani kundannaw liċ-Ċina dwar il-pass li perikola bi-ċar il-ħajja ta’ dawn iċ-ċivili. Dan meta l-Korea komunista tqis lin-nies li jaħarbu mir-reġim ripressiv ta’ Kim Jong-un bħala tradituri….’Kriminali’ li, ladarba jsibu ruħhom mill-ġdid fil-Korea ta’ Fuq kapaċi jkunu suġġetti għal tortura, abbuż sesswali u anki qtil ‘skond id-direttivi tal-Istat’.
Fil-fatt, grupp favur id-drittijiet umani bażat fil-Korea t’Isfel qed jindika li s-600 persuna mogħtija lura lill-Korea ta’ Fuq miċ-Ċina ma dehrux aktar mindu spiċċaw ripatrijati bil-forza. L-identità tal-maġġoranza ta’ dawn in-nies għadha mhix magħrufa, biċ-Ċina u l-Korea komunista ma jippubblikaw l-ebda dettalji dwarhom.
//= $special ?>