Internazzjonali

Ir-Russja: Vladimir Putin qed jaħseb biex iżid is-snin tal-Presidenza

Ir-rapporti minn Moska qalu li l-President tar-Russja, Vladimir Putin, beħsiebu jikkuntesta għall-ħames mandat ta’ poter…Proċess li għandu jirriżulta f’rebħa inevitabbli għal Putin f’pajjiż mingħajr Oppożizzjoni u fejn il-media hi taħt il-kontroll assolut tal-Kremlin.

L-aġenziji tal-aħbarijiet Russi referew għall-intenzjonijiet ta’ Putin ftit wara li l-uffiċjali f’Moska kienu fissaw id-dati tal-elezzjoni Presidenzjali bejn il-15 u s-17 ta’Marzu li ġej.

Vladimir Putin hu l-aktar mexxej li ilu fil-kontroll tar-Russja miż-żmenijiet tal-eks-dittatur Sovjetiku Josef  Stalin li miet fl-1953, Intant, il-‘ħames mandat’ potenzjali jfisser li Putin għandu  jibqa’ fit-tmun ta’ pajjiżu sa (almenu) l-2030.

Il-kelliem ewlieni għall-Kremlin, Dmitry Peskov, qal, sadanittant, li ‘ammont sorprendenti ta’ Russi jridu li Putin ikompli bħala Mexxej’.