Hekk kif bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti ghall-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista li se ssir nhar il-Ħadd li ġej, id-Dar Ċentrali tal-PN tinsab lesta, liebsa l-libsa tal-Milied b’armar uniku, imżewwaq b’diversi kuluri u dwal.
Din il-maratona se tixxandar LIVE fuq Net Television u anke fuq Net FM mill-11 ta’ filgħodu sal-11 ta’ filgħaxija u matulha se jkun hemm bosta attivitajiet għall-familja kollha.
Maraonta li permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista se jkompli jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod effettiv fosthom anke permezz tal-istazzjon tar-radju Net FM.
F’kummenti lil Net News, iċ-Chief Operations Officer ta’ Net Media Karl Gouder appella lill-Maltin u l-Għawdxin biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom ħalli l-Partit Nazzjonalista jkompli jissaħħaħ u jinvesti aktar fir-riżorsi tiegħu – bil-għan li jagħti l-aħjar servizz lill-poplu kollu.
Il-linji tat-telefon u tal-SMSs marbutin ma’ din il-maratona diġà huma miftuħa; u wieħed jista’ minn issa jagħti d-donazzjoni tiegħu.
//= $special ?>