Internazzjonali

Kritika lejn Iżrael min-Nazzjonijiet Uniti u l-Istati Uniti

Kelliem f’isem in-Nazzjonijiet Uniti qal illi l-offensiva militari ta’ Iżrael ma ħalliet l-ebda Zona fin-naħa ta’ isfel ta’ Gaza fejn ċ-ċivili jistgħu iħossuhom siguri. Dan hekk kif l-attakki huma qawwija ferm f’din il-parti tal-Medda ta’ Gaza – daqskemm huma qawwija l-attakki fin-naħa ta’ fuq tar-reġjun.

Huwa żied jgħid li l-ebda operazzjoni umanitarja m’għadha possibbli. Waqt li minn naħa tiegħu is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken kritika lil Iżrael għall-mod li bih qed jattakaw Gaza, fl-istess waqt li qed jgħidu li irridu jipproteġu liċ-ċivili.

Fl-isfond tal-ġlied kollu li għaddej f’Khan Younis eluf ta’ Palestinjani irħewla lejn il-fruntiera ta’ Rafah, bit-tama li jkunu jistgħu jaħarbu lejn l-Eġittu.

L-Iżraeljani qalu li ser ikunu qed jiftħu il-fruntiera ta’ Kerem Shalom fil-jiem li ġejjin.