Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken – fi twiddiba ċara lil Iżrael – qal li hemm differenza enormi bejn l-intenzjonijiet tal-Iżraeljani biex jipproteġu liċ-ċivili ta’ Gaza u dak li qed iseħħ tassew waqt din il-gwerra.
Fl-istess ħin, l-Istati Uniti insistiet bil-pressjoni fuq Iżrael bil-ħsieb li l-Armata, ‘il quddiem, taddotta strateġiji aktar effettivi għall-protezzjoni taċ-ċivili Palestinjani.
Din il-fażi tal-gwerra,fl-aħħar jiem, irriżultat fi spinta allarmanti ta’ imwiet fost iċ-ċivili ta’ Gaza u fejn l-isptarijiet tant spiċċaw iffullati bil-midruba li s-servizzi tagħhom spiċċaw f’xifer ta’ kroll assolut.
Min-naħa tiegħu, Iżrael qed jgħid li ħa l-miżuri biex jipproteġi lill-popolazzjoni ta’ Gaza waqt l-offensiva fuq il-Ħamas. Madankollu, l-aġenziji tal-għajnuna kritikaw l-istrateġija tal-Iżraeljani bażata fuq it-tqassim tal-fuljetti b’dettalji dwar l-evakwazzjonijiet tal-familji fost l-informazzjoni dwar ‘postijiet sikuri f’Gaza li fil-verità ma’ jeżistux’.
//= $special ?>