Resqin lejn il-qofol tal-festi, it-temp mal-lejl qed jiksaħ u l-ikel u x-xorb assoċjat mal-Milied qed iffewħu ħafna lokalitajiet. U fl-isfond ta’ dan kollu bosta huma dawk li meta jiltaqgħu ma xi qraba jew ħbieb jiħdu drink flimkien biex jiċċelebraw dawn iż-żminijiet.
Kif jiġri kull sena, Transport Malta nediet kampanja għax-xitwa li tiffoka fuq il-periklu tas-sewqan meta individwu jkun taħt l-influwenza tal-alkoħol.
Din il-kampanja hija mibnija primarjamnet biex tinħoloq kuxjenza fost is-sewwieqa kollha biex jiġu evitati inċidenti fit-toroq tagħna.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, Jonathan Borg, enfasizza l-importanza ta’ kampanji edukattivi bħal dawn li jippromwovu s-sigurtà fit-toroq.Waqt li żied jgħid li ” l-kampanji tas-Sigurtà fit-Toroq u kampanji kontra x-xorb u s-sewqan isiru matul is-sena kollha, pero f’dan l-istaġun tal-festi, jeħtieġ kampanja aktar effettiva. U kien hawn fejn fakkar li jekk tixrob u issuq tkun qed tpoġġi mhux lilek biss f’riskju imma anke lil dawk ta’ madwarek.
L-inċidenti tat-traffiku sfortunatament isiru aktar possibbli meta l-persuna li tkun qed issuq taħt l-influwenza tal-alkoħol għaliex dan jaffetwa l-livell ta’ konċentrazjoni waqt is-sewqan.
Il-kampanja ta’ din is-sena għandha l-isem ‘Driving is no Different!’ – u Transport Malta qed jappelaw lill-pubbliku biex jevita li jagħmel użu mix-xorb alkoħoliku jekk ikun ser isuq.
Għalhekk f’dawn iż-żminijiet kulħadd għandu jiċċelebra il-festi tal-Milied flimkien b’mod sigur – u jekk tkun se tixrob u trid ticcaqlaq minn post għall-ieħor, uża id-diversi servizzi li huma aċċessibbli.
//= $special ?>