F’temp mill-isbaħ, pajjiżna qed jiċċelebra l-festa tat-8 Diċembru – il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.
F’din il-ġurnata tant għażiża għall-Knisja Kattolika tiġi ċċelebrata Marija li ġiet imnissla bla dnub tan-nisel.
Jum għall-qalb ħafna, partikolarment il-Bormliżi li bħallum jifirħu flimkien fi spirtu ta’ festa – ċelebrazzjoni li kibret fil-valur tagħha meta fit-8 ta’ Diċembru tal-1854, Papa Piju IX ħareġ id-Domma tal-Immakulata.

Ritratti: Martin Agius