Nħar il-Ħamis għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fi Triq Reġjonali, Santa Venera.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Kymco Agility misjuq minn Indjan ta’ 30 sena residenti Ħal Lija, Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Marsa u Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti San Ġwann.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>