Fil-Gewiss Stadium Atalanta kisbu rebħa importanti ta’ 3-2 fuq Milan f’partita missielta bejn iż-żewġ timijiet. Atalanta fetħu l-iskor fit-38 minn Ademola Lookman, qabel Olivier Giroud ġab l-iskor indaqs fil-ħin mogħti żejjed ta’ tmiem l-ewwel taqsima. Fil-55 minuta Atalanta mill-ġdid fil-vantaġġ meta reġa’ kien Ademola Lookman li tefa’ fix-xibka, b’Milan jiksbu d-draw fit-80 minuta permezz ta’ Luk Jovic. Fit-93 minuta Milan spiċċaw b’għaxar plejers meta tkeċċa għalihom Davide Calabria, biex żewġ minuti wara kien Luis Muriel li poġġa’ lil Atalanta fil-vantaġġ u assigura mit-tliet punti għalihom.
Draw ta’ 1-1 bejn Verona u Lazio li jħalli lil dawn tal-aħħar fid-disa’ post tal-klassifika, b’Verona fiż-żona tar-relegazzjoni. Kienu Lazio li fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Felipe Anderson għadda lejn Mattia Zaccagni li kkonkluda fix-xibka. Madanakollu, Verona kisbu d-draw fis-70 minuta meta kien Thomas Henry li xeħet wara Provedel għal 1-1.
Inter, f’San Siro kisbu rebħa komda ta’ 4-0 fuq Udinese biex żammew posthom f’ras il-klassifika. Inter fetħu l-iskor permezz ta’ penalty ta’ Hakan Calhanoglu qabel Federico di Marco irdoppja. Marcus Thuram ghamilhin tlieta qabel tmiem l-ewwel taqsima b’Lautaro Martinez jagħlaq il-partita bir-raba gowl.
SERIE A
Illum: Verona v Lazio 1-1, Atalanta v Milan 3-2, Inter v Udinese
Għada: Frosinone v Torino 12.30pm, Monza v Genoa 3.00pm, Salernitana v Bologna 6.00pm, Roma v Fiorentina 8.45pm