MOSTA ………….. 0
FLORIANA ……. 3
Mosta: D.Akpan, N.Obidike, A.Isah, D.Aneni, P.Agbado, T.Thomas, N.Nnaji, G.Sciberras, J.Vassallo, Z.Brincat, K.Tulimieri
Floriana: G.Kitanov, O.El Hasni, U.Arias, K.Reid, M.Nogureira, D.Vella, O.Spiteri, N.Garcia, C.Lonardelli, M.Valadzko, A.Kouro
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: J.Spiteri, Shaun Calleja
Fl-Istadium Nazzjonali Floriana komplew isaħħu posthom fl-ewwel post tal-klassifika b’rebħa ta’ 3-0 fuq Mosta. Floriana fetħu l-iskor wara biss tliet minuti meta kien Matheus de Sousa li bir-ras xeħet wara Akpan għal 1-0.
Huma rdoppjaw ħames minuti wara meta Nicolas Garcia approfitta minn inċertezza mid-difiża ta’ Mosta u b’xutt b’saħħtu reġa’ għeleb lil Akpan għat-tieni darba. Fit-52 minuta Mosta spiċċaw jilagħbu b’10 plejers meta tkeċċa għalihom il-captain Zachary Brincat. Floriana għalqu l-partita fil-85 minuta meta kien is-sostitut Mattia Veselji li assigura mit-tliet punti Furjaniżi.
//= $special ?>