Wara l-programm sħiħ li kellna fost il-ġimgħa, bejn illum u għada tintlagħab is-sittax-il ġurnata tal-Premiership fejn il-leaders tal-klassifika Arsenal għandhom test ferm impenjattiv f’Villa Park kontra Aston Villa.
Aston Villa jinsabu fit-tielet post fil-klassifika erba’ punti biss wara Arsenal.
Aston Villa qed ikollhom staġun mill-aqwa u l-Erbgħa meritatament għelbu lil Manchester City.
Din il-ġurnata tista’ tkun pożittiva għal Liverpool li jinsabu fit-tieni post u jmorru Selhurst Park kontra Crystal Palace, tim li għaddej minn perjodu pjuttost deludenti fejn Palace kisbu biss punt mill-aħħar erba’ logħbiet.
Iċ-champions Manchester City wara erba’ logħbiet mingħajr rebħa jippruvaw jirritornaw għar-rebħ għada meta jmorru għand Luton.
Illum
13:30 C. Palace v Liverpool
16:00 Brighton v Burnley
16:00 Man U v Bournemouth
16:00 Sheffield U v Brentford
16:00 Wolves v Nottingham
18:30 Aston Villa v Arsenal
Għada
15:00 Everton v Chelsea
15:00 Fulham v West Ham
15:00 Luton v Man City
17:30 Tottenham v Newcastle
//= $special ?>