Matul il-jum tas-Sibt komplew l-attivitajiet ta’ Misraħ il-Milied – attivitajiet li qed ikunu organizzati fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Is-Sibt waranofsinhar kienet organizzata attività immirata għat-tfal ta’ kull età, imzewqa b’diversi logħob għat-tfal, kant, żfin u anke face painting.
Dan filwaqt li l-Ġimgħa filgħaxija fid-Dar Ċentrali ttellgħet serata ta’ divertiment għall-Familja kollha, mżewqa b’kant, mużika u żfin minn diversi artisti Lokali u anke barranin.
L-attivitajiet ta’ Misraħ il-Milied fetħu l-Ħamis filgħaxija, bl-inawgurazzjoni li saret mill-Kap tal-PN Bernard Grech u bil-parteċipazzjoni tal-grupp X-Tend u La Voix Harmonies.
Tul dawn il-jiem, id-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista se tkun miftuha kuljum – tilqa’ lin-nies għal dawn iż-żmien ta’ festi, bl-istands bejgħ ta’ ponsjetti, ħelu u xorb tradizzjoni tal-Milied, kif ukoll wirja ta’ presepji.
Intant il-Ħadd fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista se ssir il-maratona ġbir ta’ fondi fejn il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ sabiex jagħti d-donazzjoni tiegħu… donazzjoni li se tgħin sabiex ikompli jsir investiment f’apparat biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod partikolari pernezz tal-istazzjon tar-radju Net FM.
Il-maratona se tixxandar live kemm fuq Net Television kif ukoll fuq Net FM mil-11 ta’ filgħodu sal-11 ta’ filgħaxija u wieħed jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu permezz tat-telephone jew sms jew billi jasal wasla sad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Imbagħad it-Tlieta 12 ta’ Diċembru se ssir lejla ta’ mużika u rakkonti marbuta mal-Milied li tibda fis-7.15 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>