VALLETTA …….. 0
HIBERNIANS … 2
Valletta: J.Galea, C.Gauci, E.Ruiz, J.Bolanos, F.Barrientos, S.Dimech, S.Ferraris, Jhonattann, V.Luiz, B.Paiber, F.Falcone
Hibernians: I.Kone, R.Bairam, F.Apap, K.Shaw, E.Santos, C.Bonanni, B.Kristensen, G.Bastianos, J.Degabriele, A.Bruno, L.Guedes
Referee: Alan Camilleri
Assistenti Referees: Mark Ciantar, Slobodan Petrovic
Fl-Istadium Nazzjonali Hibernians kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Valletta biex b’hekk telgħu fil-post tal-klassifika b’16-il punt, fil-ħames pożizzjoni. Min-naħa l-oħra għal Valletta din kienet il-ħames partita mingħajr rebħa għalihom, bit-telfa kontra Hibernians tkun ir-raba’ waħda dan l-istaġun. Fl-ewwel taqsima Hibernians marru viċin minn konklużjonijiet ta’ Alex Bruno u Jurgen Degabriele, b’Jake Galea jilqa’ tajjeb.
Minuti wara l-internazzjonali Malti Ferdinando Apap kien viċin li jiftaħ l-iskor meta minn corner mil-lemin hu pprova konklużjoni akrobatika li madanakollu għadda ftit barra mil-lasti ta’ Valletta. Hibernians marru fil-vantaġġ qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta minn kontrattakk veloċi kien id-difensur Ferdinando Apap li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għeleb lil Jake Grech għal 1-0. Hibernians irduppjaw fil-65 minuta meta din id-darba kien Alex Bruno li b’xutt bid-dawra
//= $special ?>