Ikompli t-tħassib tal-Caritas dwar il-kwistjoni tal-kannabis.
Dan ħareġ waqt il-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq l-RTK fejn matulu ġie diskuss is-suġġett tal-Cannabis ma’ Anthony Gatt – id-direttur ta’ Caritas Malta.
Anthony Gatt saħaq kif hu minn dejjem kien kontra l-użu tal-kannabis; u wara dawn is-snin kollha jinsab muġugħ bl-abbuż li hawn.
Hu fakkar kif hu u 50 NGO oħra ġew imwiegħda mill-gvern regolamenti ċari. Iżda illum qiegħed jidher biċ-ċar li din l-field of regulation hija non-eżistenti – bi ksur tal-liġi kull fejn tħares, bl-abbuż ta’ din is-sustanza.
Id-direttur tal-Caritas tkellem ukoll dwar kif ma jistax immur fuq bajja ma’ uliedu u ma jxommx ir-riħa tal-cannabis – u semma’ kif il-Pulizija mhix tlaħħaq biex twettaq infurżar.
Andrew Azzopardi semma’ stastistika dwar l-2021, fejn 97 persuna iddaħħlu l-isptar fuq abbużż ta’ Cannabis;
iżda is-sena l-oħra in-numru qabeż għal 431 persuna li daħlu jieħdu l-kura; prova ċara ta’ kif l-infurzar mhux issir u li legalizzazzjoni ta’ din is-sustanza qed tħali impatt iktar negattiv milli pożittiv kif ġew imwegħda mil-gvern.
Gatt fakkar kif Malta saret post turistiku għad droga u li sirna soċjeta “free for all” – fejn naqgħu u nqumu min kollox minnflok nieħdu azzjoni.
//= $special ?>