Festi Kultura Lokali

Jitnieda l-kalendarju ta’ ‘Marċi u Bandalori’

Tnieda ufficjalment il-kalendarju tal-programm popolari Marċi u Bandalori li jixxandar kull ġimgħa fuq NET FM mill-preżentatur Joe Chetcuti – kalendarju illi issa daħal fit-23 edizzjoni tiegħu…grazzi għall-appoġġ ta-MEP Nazzjonalista David Casa, illi kkontribwixxa għall-pubblikazzjoni ta’ dan il-kalendarju.

F’diskors tal-okkażjoni Joe Chetcuti fakkar kif dan il-programm illum għandu mijiet ta’ semmiegħa.. programm li jservi bħala pjattaforma għall-Każini tal-Banda Maltin u Għawdxin illi jkollhom cans jesponu x-xogħol tagħhom matul is-sena kollha.

Min-naħa tiegħu l-MEP tal-Partit Nazzjonalista David Casa rringrazzja lil Joe Chetcuti għall-impenn u l-professjonalità tiegħu biex jagħti lehen lill-kultura u lit-tradizzjonijiet Maltin, b’mod partikolari lill-Każini tal-Banda, li huma ħafna għal qalbu. Huwa żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista minn dejjem emmen u għadu jemmen fil-valuri li jsawru l-kultura Maltija.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione wkoll irringrazzja lil Joe Chetcuti għall-ħidma tiegħu f’dan is-settur filwaqt li fakkar kif it-tnedija ta’ dan il-kalendarju tasal ezatt fl-istess perjodu meta l-festa Maltija ġiet rikonoxxuta bħala wirt dinji mill-UNESCO.

Preżenti ghal din it-tnedija kien hemm fost l-oħrajn is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinio, il-Kelliem tal-PN għall-Volontarjat Graziella Galea, l-għola uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll rappreżentanti tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.