Il-Membri Parlamentari Ewropej laħqu ftehim dwar abbozz ta’ liġi biex jiġi żgurat li l-Intelliġenza Artifiċjali fl-Ewropa tkun sigura, u tirrispetta d-drittijiet fundamentali u d-demokrazija – filwaqt li n-negozji jibqgħu jespandu mingħajr intoppi.
Mat-tokki ta’ nofs il-lejl…in-negozjaturi tal-Parlament u tal-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar l-Att tal-Intelliġenza Artifiċjali.
Dan l-Att għandu l-għan illi jiżgura li d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u s-sostenibbiltà ambjentali jkunu protetti minn Intelliġenza Artifiċjli ta’ riskju għoli, filwaqt li jagħti spinta lill-innovazzjoni u jagħmel lill-Ewropa entita ewlenija f’dan il-qasam.
Ir-regoli – li huma l-ewwel tax-xorta tagħhom fid-dinja – jistabbilixxu obbligu għal Intelliġenza Artifiċjali li tħares il-livell tal-impatt fuq il-ħaddiema u n-negozji madwar l-ewropa.
L-MPEs riedu jiżguraw li n-negozji, speċjalment l-SMEs, jistgħu jiżviluppaw soluzzjonijiet għall-Intelliġenza Artifiċjali mingħajr pressjoni żejda minn ġganti tal-industrija li jikkontrollaw prodotti essenzjali.
Fl-aħħar sigħat, tkellmet ukoll il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola illi saħqet kif dan l-att huwa wieħed bilanċjat u kien immirat sabiex jgħin lill-ħaddiem u mhux jeqred l-impjiegi; liġi li hija l-ewwel waħda għas-settur tal-AI fuq livell globali.
//= $special ?>