Eluf ta’ ħut mejjet, l-aktar sardin u kavalli, spiċaw f’bajja f’Hakodate fit-Tramuntana tal-Ġappun, li jkopru medda ta’ bajja ta’ nofs mil.
Ir-residenti tal-lokal qatt ma raw xi ħaġa simili u ġew imħeġġa biex ma jikkunsmawx il-ħut. Il-kawża tal-inċident għadha mhix magħrufa, iżda Takashi Fujioka, riċerkatur tal-Istitut tar-Riċerka dwar is-Sajd ta’ Hakodate, qal li l-annimali setgħu spiċċaw eżawriti waqt li kienu se jittieklu minn ħut akbar.
Il-ħut li jiddekomponi jista’ jbaxxi l-livelli ta’ ossiġnu fl-ilma u jaffettwa l-ambjent tal-baħar. Uffiċjali tal-belt dehru jispezzjonaw is-sit, filwaqt li r-residenti ġabru l-ħut għall-bejgħ jew għall-ikel, minkejja twissijiet biex ma jagħmlux dan.
Misjuba eluf ta’ ħut mejta b’mod misterjuż fil-Ġappun
