Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku lil seħħ fi Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Indjan ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar kien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>