Internazzjonali

Sitt adoloxxenti ħatja b’rabta mal-mewt ta’ għalliem

Sitt adoloxxenti nstabu ħatja b’rabta mal-qtugħ tar-ras tal-għalliem Pariġin Samuel Paty, li nqatel f’attakk terroristiku Iżlamiku fis-16 ta’ Ottubru 2020.

Paty kien wera karikaturi tal-Profeta Mohammad lill-istudenti fi klassi tal-arti. Ħamsa mis-sitt adoloxxenti, ta’ bejn 14 u 15-il sena, ġew akkużati li qatlu lil Patty wara li bdew isegwuh wara l-ħin tal-iskola.

Tfajla ta’ 13-il sena allegatament qalet lill-ġenituri tagħha li Paty talab lill-istudenti Musulmani biex jitilqu qabel juru x-xbihat, iżda qed tiġi affaċċjata b’akkużi foloz.

It-tmien adulti li huma l-ġenituri tal-adoloxxenti se jiffaċċjaw provi separati aktar tard is-sena d-dieħla. S’issa l-adoloxxenti ngħataw sentenzi ta’ ħabs sospiżi u se jkollhom jibqgħu jattendu l-iskola.