Futbol Sport

Sliema jkomplu jimpressjonaw u jiksbu rebħa oħra importanti

(Ritratt: Joseph Galea)

SLIEMA WANDERERS…….1

BALZAN………………………….0

Sliema W: R. Al Tumi, J. Borg, V.Plut (L. Micallef 90+1′), M. Beerman, G. Alcino, E. Agius (M. Scerri 76′), D. Kouao, N. Frendo, J. Adukor, G. Acheampong (M. Awad 83′), S. Gomes (76′ J. Minala 76′)

Balzan: D. Golovic, I. Bozovic (N.Zerjal 46′), A. Prates, S. Arab (B. Hili 83′), M. Grima (J. Grech 58′), P. Fenech, D. Awosanya (P.Olawale 58′), R. Michibuchi, A. Katanic, M. Raso, A. Andrejic (N. Braunovic 69′)

Imwissija: G. Alcino 25′, D. Kouao 74′, G. Acheampong 83′, J. Adukor 83′ (S), I. Bozovic 42′, A. Prates 62′ (B)

Skorja: S. Gomes 4′ (S)

Referee: Glenn Tonna

Assistenti Referees: Mitchel Scerri u Thomas Debono

Il-Mument Plejer tal-logħba: Gustavo Alcino (Sliema Wanderers)

BOV Plejer tal-logħba: Gustavo Alcino (Sliema Wanderers)

Sliema kkonsolidaw it-tielet post meta fis-Centenary Stadium għelbu lil Blazan 1-0 biex issa jinsabu tliet punti fuq Marsaxlokk li jilagħbu l-Ħadd kontra Santa Lucia.

Il-gowl li ddeċieda l-logħba wasal wara biss 4 minuti permezz ta’ Samuel Gomes li b’konklużjoni eleganti għeleb lil Golovic.

Sliema għarfu jikkontrollaw tajjeb il-logħba u żammew il-vantaġġ minimu sat-tisfira finali biex ħadu tliet punti oħra preżjużu li bihom żammew posthom fit-tielet post tal-klassifika.