Il-gazzetta Il-Mument għada se tippubblika suppliment speċjali dwar il-Milied. F’dan is-suppliment li se jkun pubblikat fin-nofs tal-gazzetta, se jkun hemm tagħrif interessanti dwar protagonisti ewlenin li jagħmlu l-Milied tradizzjonali Malti u Għawdxi uniku u ħieles mill-kummerċjaliżmu li sar marbut ma’ din il-festa kbira.
Insiru nafu mill-qrib numru ta’ presepisti magħrufa f’dan il-qasam u x-xogħol li huma jwettqu b’tant dedikazzjoni matul is-sena kollha.
Informazzjoni siewja wkoll dwar il-ħidma li twettaq tul is-sena kollha l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju – Malta, li qed tfakkar s-37 sena mit-twaqqif tagħha, u l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex Malta 1985, li din is-sena qed tfakkar ukoll it-800 sena minn mindu San Franġisk għamel l-ewwel presepju.
Interessanti wkoll ix-xogħol importanti li l-Għaqda Presepisti Għajnsielem qed twettaq biex tkabbar it-tradizzjoni tal-bini tal-presepju f’kull familja.
//= $special ?>

