Futbol Sport

Telfa għal Arsenal għand Aston Villa… Liverpool idawwru telfa f’rebħa kontra Crystal Palace

(Ritratt: EPA)

F’Villa Park telfa għal Arsenal fit-taqtiegħa tagħhom għal kampjonat meta kienu megħluba minn Aston Villa bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal minn John McGinn fis-7 minuta meta wara azzjoni maħduma tajjeb, għeleb lil David Raya b’xutt fir-rokna.

F’Selhurst Park rimonta għal Liverpool f’rebħa ta’ 2-1 fuq Crystal Palace, biex marru momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika. Kienu Crystal Palace li marru fil-vantaġġ fis-57 minuta minn penalty ta’ Jean Mateta. Fil-75 minuta tkeċċa għal Palace l-attakkant Andre Ayew wara amonizzjoni doppja. Sekondi wara, Liverpool kisbu d-draw meta x-xutt devjat ta’ Mohammed Salah spiċċa fix-xibka, għal 200 gowl ta’ Salah ma’ Liverpool fil-kompetizzjonijiet kollha. Biex fid-90 minuta kien Harvey Elliot, li b’xutt minn tarf il-kaxxa tefa’ lil Liverpool fil-vantaġġ għal rebħa ta’ 2-1.

Telfa mhux mistennija għal Manchester United f’Old Trafford meta kienu megħluba minn Bournemouth bl-iskor ta’ 3-0. Huma fetħu l-iskor wara ħames minuti meta Lewis Cook għadda lejn Dominic Solanke li xeħet wara Andre Onana għal 1-0. Bournemouth irdoppjaw fit-68 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Philip Billing, qabel fit-73 minuta kien Marcos Senesi li tefa’ wara Onana għal skor finali ta’ 3-0.

PREMIER LEAGUE

Illum: C’Palace v Liverpool 1-2, Brighton v Burnley 1-1, Man Utd v B’Mouth 0-3, Sheff Utd. v Brentford 1-0, Wolves v Nott. Forest 1-1, Aston Villa v Arsenal 1-0
Għada: Everton v Chelsea 3.00pm, Fulham v West Ham 3.00pmm, Luton T. v Man City 3.00pm, Tottenham v Newcastle 6.30pm