“Waqqfu din l-inġustizzja u waqqgħu l-akkużi kollha” din hi l-għajta tal-Moviment Graffitti fejn huma saħqu kif Il-prosekuzzjoni tal-El Hiblu 3 hija inġusta. Il-Moviment Graffitti appella lill-Avukat Ġenerali ta’ Malta biex jitlob li tintemm din l-inġustizzja u biex tiċħad l-akkużi kollha.
Erba’ snin u nofs ilu, Abdalla, Amara, u Kader waslu Malta, wara li servew ta’ medjaturi u tradutturi fuq l-El Hiblu 1. Dak iż-żmien kellhom biss 15-, 16- u 19-il sena rispettivament, u rnexxielhom jikkalmaw sitwazzjoni perikoluża u mimlija tensjoni fuq il-baħar.
Huma żiedu kif minflok ma apprezzaw il-kuraġġ li wrew dawn iż-żgħażagħ, l-awtoritajiet Maltin akkużawhom inġustament. Dawn il-ġuvintur kellhom jgħaddu minn dewmien kontinwu u restrizzjonijiet deumanizzanti, li ma ħallewhomx jgħixu ħajja normali. Fit-8 ta’ Novembru l-El Hiblu 3 tpoġġew taħt att ta’ akkuża. L-akkużi li ġew mixlijin bihom huma inumani u inġusti komplew jigħdu.
Temmew jigħdu kif Il-pubbliku ilu jitlob li tinstab soluzzjoni mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għal snin iżda s’issa baqa’ mingħajr ebda azzjoni jew risposta. Hawnhekk qegħdin għal darb’oħra jsejħu lill-Avukat Ġenerali biex iwaqqaf din l-inġustizzja. Wasal iż-żmien biex l-akkużi jaqgħu. Dalgħodu, il-pubbliku wera s-solidarjetà tiegħu mal-El Hiblu 3 f’azzjoni simbolika quddiem il-qorti tal-ġustizzja.
//= $special ?>