Andrè Muscat
SIRENS…………………………..1
NAXXAR LIONS…………….1
Sirens: A. Cassar, T. Almeida, P. Boakye, N. Pulis, J. Perea (G. Rocha 63’), F. Boateng (B.Asare 46’), M. Akadom (J. Borg 91’), A. Cini, S. Borg, K. Donsu, D. Jackson
Naxxar L.: M. Debono, N. Micallef (D. Falzon 46’), F. Barbosa, M. Fenech, N. Pace Cocks, A. De Carvalho, E. Farias, G. Cassar, T. Yamaguchi, M. De Souza (J. Ellul 79’), V. Cardoso
Imwissija: V. Cardoso 70’ (NL), G. Rocha 83’ (S), F. Barbosa 87’ (NL), A. Cini 90’ (S)
Skorjaw: D. Jackson 13’ (S), T. Yamaguchi 83’ (NL)
Referee: Andrea Sciriha
Assistenti Referees: James Muscat u David Castillo
BOV Plejer tal-Logħba: Andrea Cassar (S)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Andrea Cassar (S)
Fl-istadium Nazzjonali forsi mhux kif kien mistenni, Sirens dehru li se jieħdu l-punti massimi mill-konfront, iżda n0-axxarin baqgħu jemmnu u ħadu draw mistħoq minn din il-partita.
L-ewwel azzjoni perikoluża tal-logħba tasal wara 10 minuti logħob mit-tim ta’ Naxxar, hekk kif b’azzjoni personali De Carvalho jipprova xutt minn tarf il-kaxxa, b’Andrea Cassar jintelaq minn tulu u jsalva t-tentattiv tal-plejer Naxxari.
Sirens fl-ewwel azzjoni tagħhom fil-partita jiftħu l-iskor, meta fit-13-il minuta Nicholas Pulis jitfa’ kross mil-lemin lejn nofs il-kaxxa l-kbira, fejn isib lil Jackson Degran li jidħol bil-ġirja u żmarka lid-difensuri Naxxarin sabiex fetaħ l-iskor għal Sirens.
Mas-16-il minuta logħob Naxxar isibu lil Andrea Cassar għal darboħra attent, wara li Edison Farias jipprova xutt minn taħt il-lasta fuq kross li rċieva mingħand De Carvalho, bil-goalkeeper ta’ Sirens idawwar f’korner.
Wara li fl-ewwel kwarta tal-ewwel taqsima rajna l-aħjar azzjonijiet f’din it-taqsima, Sirens iddefendew il-vantaġġ miksub fit-13-il minuta sa tisfira tar-referee Andrea Sciriha biex b’hekk daħlu jistrieħu f’vantaġġ minimu ta’ 1-0.
L-ewwel azzjoni perikoluża tat-tieni taqsima tasal fis-67 minuta, meta Augusto De Carvalho ta’ Naxxar irċieva ballun minn fuq il-lemin u minn taħt il-lasta ta’ Sirens tefa’ l-ballun ftit barra.
Save mill-isbaħ tal-goalkeeper Naxxari Matthias Debono fis-70 minuta, wara li Sirens kienu mogħtija freekick minn tarf il-kaxxa l-kbira, bil-Ġamajkan Degran jinkariga ruħu minn l-istess freekick, iżda jsib lil Debono attent, b’dan tal-aħħar jintelaq minn tulu biex dawwar il-ballun f’korner.
Naxxar Lions iġibu draw fit-83 minuta, b’xutt mill-isbaħ mill-ponta tal-kaxxa l-kbira mill-Ġappuniż Takuma Yamaguchi.
Fis-86 minuta Sirens ġew mogħtija penalty meta Barbosa waqqa’ lil Bismark Asare fil-kaxxa, bir-referee Sciriha jsaffar penalty u juri s-safra lil plejer Naxxari Barbosa. Mill-11-il metru inkariga ruħu Rocha bil-Brażiljan jitfa’ għoli fuq il-lasta ta’ Debono biex l-iskor sat-tmiem jibqa’ fi-draw ta’ 1-1.
//= $special ?>