Fil-Jum Dinji li jfakkar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Partit Nazzjonalista jixtieq li nirrikonoxxu li l-bniedem għandu dejjem ikun fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet politiċi kollha li jittieħdu sabiex nassiguraw li d-drittijiet umani jiġu mħarsa dejjem.
Id-Deputati Graziella Attard Previ, Claudette Buttigieg flimkien ukoll mal-FOIPN saħqu li l-Partit Nazzjonalista qiegħed ifakkar lil dawk il-persuni li qegħdin jiġu ttraffikati u mġiegħla jaħdmu fl-industrija tas-sess. Ifakkar ukoll fil-vittmi tal-vjolenza domestika li mhumiex isibu strutturi adegwati li jgħinuhom jaffaċċjaw l-isfidi f’ħajjithom sabiex joħorġu minn din il-pjaga.
Il-Partit Nazzjonalista sellem ukoll lil dawk li b’tant kuraġġ irnexxielhom jimxu ’l quddiem u jkomplu b’ħajjithom, minkejja dak kollu li għaddew minnu. F’dan il-jum, il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ li jeħtieġ infakkru wkoll fis-sabiħ tad-diversità fil-bniedem u kemm huwa importanti li kulħadd jingħata l-istess drittijiet u opportunitajiet minkejja d-differenzi.
Il-Partit Nazzjonalista wiegħed, li bħalma dejjem wettaq, se jibqa’ jkun fuq quddiem fil-ħidma favur id-drittijiet umani u se jkompli jkun it-tarka ta’ dawk vittmi ta’ ksur tad-dritt fundamentali.
//= $special ?>