Fis-sigħat li jmiss għandu jiskadi d-deadline għall-Prim Ministru tal-Polonja, Mateusz Morawiecki, biex jippreżenta l-Kabinett tiegħu għal vot ta’ fiduċja mid-deputati fl-Assemblea ta’ Varsavja.
Jekk Morawiecki, kif inhu mistenni, ma jirnexxilux jiġġenera appoġġ biżżejjed, il-Parlament għandu jieħu passi biex japprova Gvern ta’ koalizzjoni mmexxi minn Donald Tusk.
Il-Partit tal-Bażi Ċivika ta’ Tusk u s-sieħba politiċi tiegħu għandhom il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Parlament – jew kif inhu magħruf aħjar, is-Sejm.
Kollox qed jindika, intant, li l-Polonja għandha jkollha Kabinett ġdid sa nofs din il-ġimgħa wara l-elezzjoni ta’ nofs-Ottubru fejn ħarġu jivvutaw ammont rekord ta’ Pollakki, kalkulati mas-70 fil-mija tal-poplu.
//= $special ?>