Lokali

Jinġabru fondi b’risq qtates abbandunati

Dalgħodu saret mixja bil-klieb sabiex jinġabru fondi b’risq Carers for Stray & Abandoned Felines sabiex jgħinu qtates li kontiwament jiġu abbandunati.

Din il-mixja saret mil-Lions Club f’Ta’ Qali bil-President tal-għaqda, Alexandra Genovese fejn spjegatilna li fl-aħħar xhur u snin rajna żieda f’annimali abbandunati wara l-perjodu tal-Covid.

Net News tkellem ukoll mad-Direttur tal-għaqda, Caroline Bezzina illi qaltilna kif kultant l-annimali jiġu minsija matul dawn iż-żminijiet ta’ festi.

F’każ riċenti, Carers for Stray & Abandoned Felines kienu ħadu fil-kura tagħhom ferħ ta’ qattusa li ġiet salvata mit-toroq Maltin – qattusa bl-isem ta’ Pitsi illi kienet instabet moħbija f’magna ta’ karozza.

Preżentament, din l-għaqda tieħu ħsieb mat-300 qattus abbandunat.

Sabiex tingħata għajnuna lil dawn il-qtates wieħed jista’ jibgħat lil Carers for Stray & Abandoned Felines jew lil Lions Club Imdina.

Ritratt: Martin Agius