Colin Schembri
Athleta……………………………….83
Mellieħa Libertas Spalding..89
(15-24)(20-17)(22-23)(26-25)
Il-kalendarju reġa’ laqqa’ kontra xulxin lil Athleta u Mellieħa ftit ġimgħat wara li l-istess Mellieħa kienu taw l-ewwel telfa fil-kampjonat lill-Athleta, mill-ġdid it-team imexxi minn Ian Terribile ħarġu rebbieħa għal-ħames rebħa tagħhom fil-kampjonat. Mellieħa kellhom bidu mill-aqwa tal-partita meta bdew b’run ta’ 13-2 bi trippla ta’ Vukassin Jandric u punti minn Tederick Wolfe fost l-oħrajn b’diversi offensive rebounds. Athleta kellhom risposta minn Piotr Stelmach però Mellieħa kellhom it-trippli ta’ Wolfe u ta’ Robert Bonnici li daħal minn fuq il-bank biex kabbrilhom il-vantaġġ. It-taqsima għalqet bi three pointer ta’ Stelmach għal skor ta’ 24-15. Fit-tieni taqsima, wara trippla oħra ta’ Bonnici, Athleta għamlu run ta’ 10-3 b’punti minn Matthew Gouder u Dajuan Moorer. Mellieħa kellhom ħames punti mingħajr risposta qabel ma Gouder għamel erba’ punti oħra għall-Athelta biex fl-intervall Mellieħa kienu 41-35 minn fuq.
It-tielet taqsima fetħet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin għalkemm Mellieħa kellhom it-trippli minn Vukassin Jandric u Kwame Thompson biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 53-43. Ir-risposta tal-Athleta ġiet minn erbgħa tripppli ta’ Malik Riddle li sa’ dak il-ħin kellhu partita kwieta. Dan wassal biex id-distakk bejn iż-żewġ timijiet niżel għal seba’ punti 57-64. Fl-aħħar sessjoni però Mellieħa ħasdu lill-avversarji bi break ta’ 10-0 minn Thompson, Isaac Bonett u trippla ta’ Bonnici biex marru 16 minn fuq 76-60. Athleta ppruvaw jirkupraw bi break ta’ 10-3 bi trippla ta’ Juan Cefai però David Bugeja u Thompson malajr wieġbu għal Mellieħa li reġgħu marru 13 minn fuq 83-70. L-aħħar sforz ta Athleta ssarraf fi three pointers minn Cefai u Francesco Mifsud Bonnici però Mellieħa kkontrollaw tajjeb u rebħu l-partita 89-83.
Athleta: M. Riddle 25, F. Mifsud Bonnici 5, N. Buhagiar, L. Stefanovic 3, D. Moorer 18, M. Gouder 12, R. Abela, P. Stelmach 11, T. Chatzimoysis, J. Cefai 9.
Mellieħa Libertas: T. Wolfe 27, D. Bugeja 12, R. Bonnici 12, V. Jandric 12, I. Bonett 4, R. Carabott, K. Thompson 22, E. Valdespina, C. Mercurio, N. Pace.
Referees: Gordon Barbara, Bernard Vassallo, Julie Londono
Hibernians……..89
Luxol………………67
(24-11)(20-19)(20-13)(25-24)
Hibernians irritornaw għar-rebħ meta għelbu mill-ġdid lil Luxol 89-67 fejn huma kellhom bidu qawwi għall-partita biex Luxol sabu diffikulta biex jirkupraw matul il-kumplament tal-partita. Mason Hix u Ivan Demcesen qasmu ħamsin punt bejniethom fil-waqt li l-attakk ta’ Luxol kien primarjament fuq Tariq Woody hekk kif players bħal Gael Hulson u Nathan Xuereb kellhom ġurnata kwieta. Wara basket fuq kull naħa li fetaħ il-partita, Hibs kellhom run ta’ 13-2 bi trippla ta’ Hix u l-punti ta’ Demcesen u Nikola Vasovic. Wara li Stefan Cappello waqqfilhom ir-run, Hibs għamlu seba’ punti oħra mingħajr risposta minn Hix u Vasovic biex temmew l-ewwel sessjoni 24-11 minn fuq. Luxol fetħu t-tieni taqsima b’basket minn Woody però Hibs kellhom aktar punti minn Calvin Whipple, Vasovic u żewġ trippli oħra minn Hix. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet bi break qasir ta’ 6-2 bil-punti ta’ Woody u Marco Matijevic però baskets minn Demcesen, Hix u Matthew Attard raw lil Hibs jidħlu jistrieħu 44-30 minn fuq.
Wara l-intervall, Luxol kellhom il-punti ta’ Cappello u trippla ta’ Woody biex naqqsu d-distakk għal 12 -il punt 36-48. Hawn però Hibs għamlu run oħra ta’ 9-2 li bdewha bi trippla minn Hix. Luxol sabu diffikulta u ankè Anton Axiaq għamel trippla għall-Pawlisti li temmew is-sessjoni 64-43 minn fuq. L-aħħar perjodu fetaħ b’seba’ punti mingħajr risposta minn Luxol bi trippla ta’ Isaac Azzopardi però Hibs ukoll kellhom risposta bit-three pointers minn Matthew Attard. L-aħħar ħinijiet al-partita raw liż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin bil-Luxol ikollhom trippla oħra minn Sebastien Pace però kienu Hibs li ħarġu rebbieħa 89-67.
Hibernians: C. Whipple 13, P. Attard, B. Zammit, L. Attard, N. Vasovic 13, A. Axiaq 5, R. Aquilina, M. Attard 8, M. Hix 28, I. Demcesen 22, S. Simic.
Luxol: S. Pace 3, I. Azzopardi 4, N. Jovanovic, A. Azzopardi, JP Schembri 2, N. Xuereb, G. Hulsen 11, T. Woody 32, M. Matijevic 8, S. Cappello 7.
Referees: Gordon Barbara, Julie Londono, Nicky Azzopardi.
Sigma Depiro………….119
Valletta Fighters……….84
(10-36)(19-24)(26-31)(23-28)
Sigma Depiro wkoll irritornaw għar-rebħ b’rebħa konvinċenti kontra Valletta Fighters 119-84. Valletta għadhom b’diversi problemi ta’ formazzjoni b’diversi injuries tant li għal din il-partita kellhom biss seba’ players. Wirja tajba għal Nikola Bozovic u Kameron Rooks li bejniethom għamlu 70 punt fil-waqt li ż-żewġ Amerikani ta’ Valletta kellhom total ta’ 62 punt mit-84 finali. Il-partita fetħet bi trippla ta’ Miguel Brincat u għall-ewwel ftit minuti kienet bilanċjata bid-Depiro jkollhom vantaġġ ta’ sitt punti 14-8. Hawn però Depiro għamlu l-ewwel run qawwija ta’ 18-0 bil-punti ta’ Rooks, Bozovic li kellhu trippla u Cameron Cornelius. Valletta finalment wieġbu b’basket ta’ De Sean Mattox qabel ma Depiro għamlu żewġ baskets oħra għal skor ta’ 36-10. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, Depiro kellhom mument ieħor tajjeb bi break ta’ 13-2 bi three pointers minn Nenad Bukva, Nicholas Grech u Miguel Mallia. Valletta rrispondew bi three pointer ta’ Andy Attard u l-punti ta’ Keith Charleston u Neil Cassar qabel ma Bozovic għamel trippla oħra għal Depiro li daħlu jistrieħu 60-29 minn fuq.
It-tielet sessjoni kienet aktar bilanċjata hekk kif iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin kontinwament u dan ħalla lil Depiro tletin punt minn fuq 77-47. Valletta kellhom ukoll ħames punti mingħajr risposta però Depiro wkoll wieġbu bi break ta’ 8-2 bi trippla ta’ Grech biex temmew it-taqsima 91-55 minn fuq. Fl-aħħar perjodu, Depiro għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Miguel Mallia li kompla bi trippla. Valletta tħabtu biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli għalkemm Depiro kellhom ukoll is-sehem finali taż-żagħżugħ Luca Trapani li għamel żewġ trippli lejn tmiem il-partita li rat lil Depiro jieħdu t-tieni rebħa tal-kampjonat fuq skor finali ta’ 119-84.
Valletta Fighters: K. Charleston 37, S. Saakian, D. Mattox 25, A. Attard 3, M. Farrugia 2, U. Satayanorayon 10, N. Cassar 7.
SIGMA Depiro: L. Trapani 7, N. Bozovic 37, A. Aquilina, N. Grech 6, K. Rooks 35, M. Brincat 9, M. Mallia 15, C. Cornelius 3, N. Bukva 9, M. Debattista.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi.
//= $special ?>