L-Eġizzjani bdew jivvutaw f’elezzjoni ta’ tlett ijiem li mistennija tirriżulta f’mandat ġdid ta’ poter għall-President attwali tal-Eġittu, Abdel Fattah el-Sisi, li ilu jmexxi pajjiżu mill-2014.
Rebħa għal el-Sisi — li qed tidher inevitabbli — għandha tfisser li hu jkompli jamministra lill-Eġittu sal-2030 u meta l-pajjiż, fil-preżent, qed jiffaċċja waħda mill-akbar kriżi ekonomiċi għal ħafna snin.
U waqt li l-President Eġizzjan mhux jiffaċċja xi sfida partikulari waqt din l-elezzjoni, hu minnu wkoll li l-vot tal-Eġittu qed ikun anki kundizzjonat mill-gwerra bejn Iżrael u l-Ħamas fil-Medda ta’ Gaza…. Konflitt li, fl-aħħar jiem, avviċina l-fruntieri tal-Lvant tal-Eġittu u meta l-Eġizzjani huma wkoll konxji mit-tbatija taċ-ċivili Palestinjani fid-diversi zoni ta’ Gaza.
//= $special ?>