Andrè Muscat
MARSAXLOKK…………..3
SANTA LUCIA………….. 0
Marsaxlokk: M. Drobnjak, W. Soares, R. Sousa, N. Muscat (D. Zerafa 87’), Y. Messias (S. Boakye 75’), D. Bonnici, J. Walker, L. Aguirre (G. Camilleri 87’), R. Scicluna (J. Ghio 83’), S. Akinbule (A. Abonogwu 83’), F. Gomes
Santa Lucia: C. Da Paz Silva, M. Ellul, S. Pisani, T. Nagamatsu, A. Bradshaw, J. Pisani, A. Piazza, J. Valletta (J. Carbone 37’), P. De Oliveira (E. Alves 61’), S. Xerri, E. Pinto Gomes (D. Xuereb 23’)
Imwissija: R. Scicluna 80’ (M)
Skorjaw: F. Gomes 4’ (M), D. Bonnici 59’ (M), S. Akinbule 74’ (M)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Roberto Vella u Max-Lee Muscat
BOV Plejer tal-Logħba: N. Muscat (Marsaxlokk)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: R. Scicluna (Marsaxlokk)
Kif kien mistenni Marsaxlokk ħadu l-punti massimi fil-konfront kontra Santa Lucia ġewwa s-Centenary Stadium b’rebħa komda u meritata ta’ 3-0.
Marsaxlokk joħorġu fuq l-offensiva u wara biss erba’ minuti logħob ix-Xlukkajri jiftħu l-iskor, meta azzjoni mill-isbaħ bejn Gomes u Yuri Messias, dan tal-aħħar bit-takkuna jniżżel il-ballun lil Gomes, bil-Brażiljan ifajjar xutt minn barra l-kaxxa u jitfa’ l-ballun wara Da Paz ta’ Santa Lucia.
L-ewwel azzjoni għal Santa Lucia tasal man-nofs siegħa logħob, b’Jurgen Pisani javanza bil-ballun fuq ix-xellug, jitfa’ kross fil-baxx lejn Nagamatsu bil-Ġappuniż minn pożizzjoni angolata jara x-xutt tiegħu jaħbat mal-ġenb tax-xibka.
Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Marsaxlokk resqu viċin li jirduppjaw, fejn Nikolai Muscat irċieva kross mix-xellug, b’Muscat jara x-xutt tiegħu jagħddi ftit barra mill-lasta ta’ Santa Lucia.
F’taqsima nieqsa literalment mill-azzjonijiet b’ħafna logħob f’nofs il-ground miż-żewġ timijiet, wara żewġ minuti fuq il-45 minuta Farrugia Cann jsaffar tmiem l-ewwel taqsima, bix-Xlukkajri jidħlu jistireħu fil-vantaġġ.
Duane Bonnici ta’ Marsaxlokk jirdoppja għax-xlukkajri mad-59 minuta logħob, wara li rċieva pass preċiż fit-tul mis-solitu Yuri Messias, bil-plejer Xlukkajr waħdu quddiem il-goalkeeper ta’ Santa Lucia ma’ żbaljax.
Fit-62 minuta Santa Lucia jersqu viċin li jnaqqsu l-iskor, fejn wara minuta fil-grawnd Eduardo Alves jara ix-xutt tiegħu imblukkat u mdawwar f’korner mill-goalkeeper Serb Drobnjak.
Marsaxlokk viċin li jagħmluhom 3 meta fil-71 minuta s-solitu tagħhom il-Brażiljan Yuri Messias jagħti pass perfett lil Sunday Akinbule, b’dan ta’ l-aħħar jipprova jqabbeż minn fuq il-goalkeeper ta’ Santa Lucia, iżda minflokk tefa’ t-tentattiv tiegħu fuq il-lasta.
Sunday Akinbule fl-74 minuta ma jiżbaljax, wara li Jacob Walker mill-lemin jitfa’ kross lejn in-nofs, fejn issib lin-Niġerjan waħdu bil-plejer Xlukkajra din id-darba ma żbaljax u għamel l-iskor 3-0 favur Marsaxlokk.
Marsaxlokk bl-aħjar tim fil-grawnd żammew il-vantaġġ ta’ 3-0 sat-tisfira finali mir-referee tal-partita Trustin Farrugia Cann.
B’din ir-rebħa Marsaxlokk żammew il-pass ma ta’ fuq bit-tama ta’ post fl-Ewropa, filwaqt li Santa Lucia baqaw fiż-żona relegazzjoni b’6 punti biss minn għaxar konfronti.


Ritratti ta’ Catriel Farrugia Sghendo
//= $special ?>