L-għaqda tan-Nazzjonijiet Uniti qed twissi li nofs il-popolazzjoni ta’ Gaza qed tmut bil-ġuħ, waqt li kelliema f’isem il-World Food Programme qal li disa’ minn kull għaxar persuni li huma fit-teritorju Palestinjan mhux qed jiklu tal-inqas darba kuljum. Waqt li minn naħa l-oħra Iżrael qed jgħid li ser ikun qed jagħmel li jista’ sabiex iżjed għajnuna umanitarja tasal fit-teritorju Palestinjan.
Fin-naħa ta’ Isfel ta’ Gaza, speċifikament f’Khan Younis, il-ħaddiema fl-Isptar Nasser mhux qed ilaħħqu mal-ammont kbir ta’ midruba u mejta li qegħdin jidħlu f’dan l-isptar. Khan Younis li hija l-ikbar belt fin-naħa t’isfel ta’ Gaza tinsab iċċirkondata minn numru ta’ tankijiet militari Iżraeljani.
Intant, Iżrael qed jakkuża lill-Hamas li qed juża’ skola mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll moska f’Beit Hanoun bħala artijiet li minnhom jistgħu jattakkaw liċ-ċivili.
//= $special ?>