Sport Sport Ieħor

Blackball: Jingħata bidu għall-kompetizzjonijiet tal-Milied

Erba’ timijiet rebħu l-ewwel leg tas-semifinali tan-National Christmas Cup organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball.

Tim A Birkirkara Duke’s, Tim A Ħamrun 147, Cospicua Rangers u Jojo’s Birżebbuġa A rebħu l-ewwel partiti tagħhom fejn Tim A Ħamrun 147 rebħu lil Tim B Ħamrun 147 13-7 filwaqt li Tim A Birkirkara Duke’s għelbu lil Tim A San Ġwann Nick’s 13-6.

Konfronti bbilancjati bejn Birkirkara Youngsters u Jojo’s Birżebbuġa b’dawn tal-aħħar jirbħu 12-8 filwaqt li Cospicua Rangers għelbu lil Valletta Breakwater 11-9.